Select Page

Jien u Int Flimkien, kanzunetta miktuba minn Rita Pace b’mużika u produzzjoni ta’ Marco Debono, kantatha minn Rita Pace u Amber Scerri.

L-idea għal din il-kanzunetta kienet ta’ missier Amber, fejn avviċina lill-kantawtriċi Rita Pace u ddeċidew li jiddedikaw din il-kanzunetta għad-Dar tal-Providenza bl-għan li tħeġġeġ aktar nies biex jgħin fil-bżonnijiet li teħtieġ din id-dar, mhux biss fil-festi imma matul is-sena kollha.

Ix-xogħol kollu sar b’mod volontarju, inkluż ukoll il-ġbid u l-produzzjoni tal-vidjo mużikali minn John Mckay.

It-tim ta’ din il-produzzjoni jirringrazzja lis-sindku tas-Siġġiewi Mr Dominic Grech u lil Fr Martin Micallef tal-appoġġ tagħhom għal dan il-proġett.

Tista’ tagħmel id-donazzjoni tiegħek fuq dawn in-numri:

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks