Select Page

🤸‍♀⚡Din il-ġimgħa għandi sfida interessanti għalik …

🔮 Irridek li tħares fil-ballun tal-kristall immaġinarju tiegħek u tmur ‘il quddiem għal sena minn issa u timmaġina l-ħajja.

Dan mhux biss dwar dak li tkun wettaqt (imma jista’ jkun parti minnu wkoll).

🙋‍♀‍🧐 Irridek tgħaġġel ‘il quddiem sena u tara lilek innifsek u ħajtek.

🦄 Kif tħossok?

🤩 Kif tidher ħajtek?

👨‍🚀👩‍🎤Kif tqatta’ l-ġranet tiegħek?

⭐U l-mistoqsija finali … x’inbidel?

💭💤💥Dan hu ċ-ċans tiegħek li toħlom għal dak li tixtieq f’ħajtek u kif tħossok meta tasal fejn tixtieq!

Iktar ma tqatta’ ħin fuq dan, iktar ikollok ċarezza. Meta tkun taf dak li trid li ħajtek tkun, hemm possibilità akbar li l-ħolm kollu li għandek isir realtà.

Iddedika ftit minuti u ikteb deskrizzjoni dettaljata tal-persuna li tixtieq tkun u tal-ħajja li trid li jkollok. Tħallix dettalji barra.

Din tista’ tkun waħda mill-AQWA affarijiet li tagħmel matul is-sena kollha.

Inti se tilqagħha din l-isfida ?! Għidilna hawn 🙂 ⬇️ ⬇️ ⬇️

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks