L-aktar modi komuni li jikkawżaw ħsara:

Nuqqas ta’ ezerċizzju u stimulazzjoni.

Fil-każ ta’ klieb importanti li jittieħdu għal mixja bejn darba u tliet darbiet kuljum skont ir-razza ta’ kelb u t-tul ta’ kull mixja.

Il-qtates ukoll għandhom bżonn minn tal-anqas 10 minuti ta’ ezerċizzju kuljum b’xi ġugarell bħala stimulazzjoni.

Ħafna mill-imġiba ħażina li naraw fl-annimali hija minħabba enerġija żejda li ma tintużax.

Nuqqas ta’ dieta bilanċjata u kwalità tajba.

Importanti li nixtru ikel magħmul apposta għall-annimali tagħna. Minkejja li jħobbu l-ikel tagħna dan mhuwiex tajjeb għalihom kemm biex jikbru u anki biex jibqgħu b’saħħithom għal żmien twil. Ħafna mill-problemi nistgħu nevitawhom billi nagħtuhom ikel ta’ kwalità tajba u adattata għaż-żmien u daqs tagħhom.

Kontroll fil porzjon tal-ikel.

Dawn iż-żewġ punti jirriżultaw fl-ikbar problema medika fl-annimali tagħna; dik tal-obeżità.

L-obeżità hija waħda mill-ikbar kaġunijiet ta’ mewt fil-klieb u qtates. Apparti l-ħsara li jagħmel il-piż żejjed, hemm ħafna mard metaboliki.

Ftit eżempji ta’ mard; arthritis/mobility problems, diabetes, urinary problems (injections u ġebla)

Jekk taħseb li l-kelb jew qattus tiegħek għandu ftit piż żejjed, importanti li tikkuntattja lill-veterinarju mill-aktar fis possibbli ħalli l-problema ma tibqax tikber.

Il-mediċini tagħna ma jistgħux jingħataw lill-annimali.

Il-mediċina tagħna mhijiex magħmula għall-annimali. Tista’ ssir ħafna ħsara jekk din tingħata lill-annimali. Każ partikolari huwa meta tingħata l-panadol, meta wieħed jara l-annimali muġugħin jew kwieti. Din taf tikkawża ħafna ħsara u anke mewt.

Importanti li dejjem ikun hemm komunikazzjoni mal-veterinarju tiegħek qabel ma tagħti xi mediċini.

Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks