Lola
Il-maltemp kienet tibża’ minnu u qajla għalqet għajn m’għajn. Dlonk kif bdiet titħeddel, daqq l-iżverjalin u taret mis-sodda. Illum kienet se tidħol lura x-xogħol wara l-vaganzi tal-Milied imma qabel riedet tgħaddi tagħmel qadja. Il-Lidl kellhom ħafna offerti fuq it-tagħmir tal-eżercizzju fiżiku. Kellha ġenn biex tfittex tasal – li ma jmurx jilħaq jinħataf kollox. “Sas-sajf nonqos u nixtri bikini. Imbagħad tara kemm nitkessaħ Għajn Tuffieħa,” ħasbet bejnha u bejn ruħha. Imliet it-‘trolley’ u mxiet lejn il-kaxxiera hekk kif ħasset għafsa fl-istonku. Lanqas kienet għadha trejqet! Waddbet pakkett gallettini biex kif tasal l-uffiċju tbillhom fil-kafe qabel tibda l-ħidma “imbaghad illejla training.”

Awtriċi