Wara li rebħet unur prestiġjuż fil-Ġermanja, id-dokumentarju Kużra iwassal lil Lara Azzopardi biex tirbaħ unur ieħor, din id-darba fl-Istati Uniti.

Dan id-dokumentarju li jitratta dwar delitt f’Malta f’Malta li seħħ madwar 150 sena ilu u kien proprju l-ewwel delitt li kien jinvolvi każ ta’ stupru.

B’direzzjoni u produzzjoni tagħha stess Lara ippreżentat salm id-dokumentarju sentejn ilu bħala parti mill-Masters fl-istudji tal-films fl-Università ta’ Malta.

Minħabba nuqqas ta’ riżorsi u testijiet forensiċi li kien hemm dak iż-żmien, ħafna punti dwar dan id-delitt mhumiex ċari għaldaqstant minkejja li s-sentenza nqatgħet, ma nistgħux inkunu ċerti dwar min kien verament li qatel lil Duminka Galea, tfajla ta’ 18-il sena magħrufa bħala Kużra.

Dan il-film intwera wkoll f’diversi pajjiżi internazzjonali.

Nawguraw lil Lara aktar suċċessi għall-futur.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks