Fil-kummenti tagħkom fuq l-artikli kien hemm min infurmana li tilef lil xi ħadd għażiż…
Xi wħud tilfu xogħol … jew sabu wiċċhom ma’ tmiem ta’ żwieġ jew relazzjoni li kienet tfisser ħafna għalihom.. u għalhekk din il-ġimgħa iddeċidejt li niffoka ftit dwar kif wieħed jista’ jiffaċċja telfa, kif ukoll nippruvaw nifhmu aħjar x’jiġri fil-“grieving process”, kif nistgħu nkunu ta’ sapport għall-għeżież tagħna li jkunu għaddejjin minn dan il-proċess u x’jista’ jgħinna nimxu ‘l quddiem.
Xi jfisser meta nkunu għaddejjin minn “grieving process”?
Ħafna drabi aħna naħsbu li l-mewt hi l-unika telfa li nistgħu nesperjenzaw..
Imma mhux biss … dawn huma xi sitwazzjonijiet mill-ħajja fejn nistgħu wkoll nesperjenzaw telfa..
- Divorzju jew seperazzjoni
- Seperazzjoni minn ma’ uliedna
- Tmiem ta’ relazzjoni
- Telf ta’ xogħol tagħna… jew li nispiċċaw mingħajr xogħol
- Telf ta’ rwol jew pożizzjoni anke fuq ix-xogħol tagħna
- Physical impairment
- Kundizzjoni medika
Hemm sitwazzjonijiet oħrajn fejn nistgħu nħossuna ‘mejta’ minn ġewwa…
Dawn jistgħu jkunu relatati max-xogħol tagħna, fir-relazzjoni tagħna, fir-rwoli tagħna u dawk assoċjati mal-ġisem tagħna…
Dawn l-esperjenzi jistgħu jpoġġuna f’sitwazzjoni fejn nesperjenzaw dak li bl-Ingliż jissejjaħ grief…
Hemm ħames stadji:
- Denial
- Rabja
- Bargaining
- Dipressjoni
- Naccettaw ir-realta’
Meta nesperjenzaw DENIAL ..
Wieħed jesperjenza stat ta’ xokk… ikollna kontinwament dawn il- mistoqsijiet..
“Imma vera miet?”, “Imma vera qed nesperjenza dan kollu?”
Ma naċċettawx jew ma nammettux r-realtà..
Dan l-istat jgħinna nkampaw mat-telfa speċjalment fil-bidu… u jipproteġina milli nitilfu l-kontroll fuq l-emozzjonijiet tagħna…
Kif tista’ tgħin lill-għeżież tiegħek jiffaċċjaw dan kollu?
Importanti li nkunu preżenti biex nisimgħuhom però mhux nisfurzawhom biex jitkellmu..
Jekk naraw li waqfu għal żmien twil fuq dan l-istadju infittxu għajnuna professjonali.
Meta nesperjenzaw RABJA..
Nistaqsu ħafna mistoqsijiet ta’ “għaliex?” “kif?” “ Għaliex issa?”
Nistgħu nesperjenzaw rabja lejn Alla, lejn it-tobba, lejn il-familja..
Nibdew inwaħħlu f’dak u fl-ieħor… inħossu li l-ħajja hi inġusta..
Kif tista’ tgħin lill-għeżież tiegħek jiffaċċjaw dan l-istadju?
Nippruvaw ma niħdux dawn l-attakki b’mod personali..
Niftakru li dan hu parti integrali mill-proċess ta’ fejqan allura huwa neċessarju li jesprimu ruħhom infatti m’għandna qatt inwaqqfuhom, sakemm ma narawx li qed jesaġeraw iżżejjed u jistgħu jkunu ta’ periklu għalihom infushom jew għal ħaddieħor..
Jekk dan huwa il-każ importanti li nfittxu għajnuna professjonali.
Tajjeb li niftakru wkoll li dan l-aġir mhux se jibqa’ għal dejjem.
Meta nesperjenzaw BARGAINING..
Ħafna drabi nesperjenzaw l-istadju fejn nistaqsu “imma li kieku jaħasra”…
Noħolqu perjodu ta’ aljenazzjoni u tama u jagħtina ż-żmien li nadattaw ruħna għall-bidla…
Meta nesperjenzaw DIPRESSJONI
Nibdew inħarsu lejn ir-realtà tas-sitwazzjoni..
Ikollna biża’ mill-futur..
Dwejjaq u disperament… nuqqas ta’ rqad … nuqqas ta’ aptit..
Dan hu normalissimu meta nkunu qed nesperjenzaw it-telfa…
Kif tista’ tgħin lill-għeżież tiegħek jiffaċċjaw din il-fazi?
- Importanti tkun preżenti li tisma’ mhux li tipprova tgħidilhom biex iqumu fuq saqajhom..
- Tajjeb li ngħinuhom jiddistrattaw ruħhom.. imma huwa tajjeb li ngħinuhom jiffaċċjaw it-telfa u mhux jaħarbu mill-emozzjonijiet..
- Jagħmel ġid jekk infakkruhom li normali li jħossuhom hekk meta jkunu għaddew minn din it-telfa..
- Ninkoraġġuhom jikkomunikaw u jagħmlu kuntatt ma’ xi wħud li għaddew minn din is-sitwazzjoni..
- Fl-aħħar u mhux l-inqas naslu għall- aħħar stadju – dik li wieħed jaċċetta r-realtà.
- Mhux li wieħed se jħossu kuntent bit-telfa iżda li jagħmilha parti mill-istorja tal-ħajja tiegħu..
- Tajjeb li ngħidu li mhux neċessarjament li kulħadd jgħaddi minn dawn l-istadji bl-istess mod..
- Jekk wieħed jaħrab dawn l-emozzjonijiet iċ-ċans hu li wieħed jiġi affettwat psikoloġikament u b’xi mod jispiċċa jbati minn sintomi kemm fiżiċi u anke psikoloġiċi.
- Jekk naraw li dak li jkun qed jesperjenza bidliet drastiċi u esaġerati fl-imġieba jew fl- emozzjonijiet huwa importanti li jfittex għajnuna professjonali..
X’jgħinna niffaċċjaw dan il-proċess?
- Huwa tajjeb li nħarsu lejn ritratti ta’ xi ħadd li ħalliena u niftakru fil-memorji sbieħ li qattajna miegħu/magħha.
- Li ningħaqdu ma’ grupp ta’ nies li għaddew mill-istess esperjenzi tagħna, jista’ ukoll tgħinna nimxu ‘l quddiem.
- Importanti li nieħdu sehem f’xi ħaġa li nieħdu gost nagħmlu u li tagħtina sodisfazzjon
- Anke li nibdew xi attività ġdida u li niltaqgħu ma’ nies ġodda.
- Tajjeb li niftakru li normali li xi kultant nesperjenzaw ġranet jew perjodi diffiċli.
- Nistgħu nużaw forom ta’ arti differenti biex nesprimu ruħna mhux bilfors bil-kliem.
- Tiddejjqux tistaqsu jew tfittxu l-għajnuna professjonali jekk hemm bżonn.. importanti li ma nħallux din il-parti diffiċli tal-istorja tagħna tiddefinixxina.

Awguri u tislijiet…
Jekk għandek xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Counsellor
99115406