🤳L-isfida tiegħek din il-ġimgħa hija li tieħu l-viżjoni pass ieħor ‘il quddiem … u tibda tgħix ħajtek bħala dik il-persuna … ILLUM!
Il-personifikazzjoni tal-persuna li trid tkun huwa l-iktar mod mgħaġġel biex tibda tagħmel dik il-ħajja futura u l-ħolma realtà.
🏌️♂🚜Kif tgħix ħajjitha l-persuna li immaġinajt lilek innifsek li tkun? Ħu ftit minuti biex taħseb dwarha …
X’ħin tqum kull filgħodu? Xi tkun l-ewwel ikla? Kif ikunu d-drawwiet ta’ kuljum?
🗣Tista’ saħansitra tmur iktar fil-fond minn hekk. X’deċiżjonijiet tieħu? Kif titkellem ma’ ħaddieħor? Ma’ min tqatta’ l-ħin? Xi tkun qed tagħmel fuq ix-xogħol … id-dar … waqt il-logħob?
Ladarba immaġinajt dawn l-affarijiet, l-isfida tiegħek din il-ġimgħa hija li tkun dak li verament tixtieq li tkun … ILLUM. Għaliex tistenna sena minn issa? Iktar ma tibda malajr, iktar il-ħolm tiegħek isir realtà malajr.
⬇️Int lest/a għal din l-isfida ?! Għidilna l-ħsibijiet tiegħek dwarha! ⬇️

Kowċ tal-Fitness
Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport