Spathiphyllum hija magħrufa bħala ġilju tal-paċi.
Spathiphyllum hija pjanta tad-dar faċli biex tieħu ħsiebha. Tneħħi wkoll ħafna tossini mill-arja ta’ ġewwa inkluż il-formaldehyde u l-ammonja.
Temperaturi moderati tad-dar għal ftit fuq in-naħa sħuna. Evita kurrenti sħan jew kesħin.
Filwaqt li Spathiphyllum tittollera dawl baxx ħafna, mingħajr ftit dawl minn tieqa jew lampa, ma tantx ikun hemm possibilità li tiffjorixxi ħafna. Tista’ tittollera kull ħaġa ħlief dawl tax-xemx dirett, u tiffjorixxi aktar ma jkollha dawl.
Idealment, żomm il-ħamrija niedja. (mhux misqija żżejjed) Inkella saqqiha sewwa meta l-ħamrija tinxef imma tħallix il-pjanta toqgħod fl-ilma għal aktar minn 10 minuti għax dan jirriżulta f’taħsir tal-għeruq. Evita li tħalli l-pjanta tidbiel, għalkemm Spathiphyllum tirkupra tajjeb minn dbiel ħażin ħafna, x’aktarx li tara ħafna weraq sofor bħala konsegwenza jekk tiġri spiss wisq.
Prova evita kwalunkwe sprejs li jagħmlu l-weraq ileqqu. Xi kultant, poġġi l-pjanta fid-doċċa u xarrab il-weraq biex taħsel kwalunkwe trab akkumulat.
Għalkemm pjanta sabiħa ħafna, sfortunatament, hija tossika għall-klieb u l-qtates.
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-pjanta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Kontributriċi