Il-kanċer tas-sider huwa pjuttost komuni, u jista’ jafettwa kemm lin-nisa, u anke lill-irġiel. Huwa magħruf li n-nisa huma iktar f’riskju li jaqbadhom il-kanċer tas-sider, speċjalment jekk qatt ma welldu tfal, jekk ġihom iċ-ċiklu tal-menstruwazzjoni qabel l-età ta’ 12-il sena jew il-menopawża tard. Riskji oħrajn għal din il-kundizzjoni jinkludu l-età, l-obeżità, it-tipjip u l-konsum tal-alkoħol eċċessiv, espożizzjoni għar-raggi u kif ukoll, diversi fatturi ġenetiċi.

Is-sintomi relatati mal-kanċer tas-sider jinkludu l-preżenza ta’ boċċi f’diversi partijiet fis-sider li jistgħu wkoll jinħassu iktar ibsin, u tibdil fil-kulur, fil-forma jew fil-kompożizzjoni tal-ġilda ta’ madwar is-sider. Wieħed jista’ wkoll jinnota’ xi likwidu ħiereġ mis-sider, telf ta’ piż jew għajja. Huwa importanti li wieħed jiċċekkja sidru regolarment u jkellem lit-tabib tiegħu jekk jinnota’ xi tibdiliet, ħalli jsiru iktar testijiet; bħall-mammografija jew ultrasound.

Ikun għaqli ferm li wieħed jaċċetta l-istedina sabiex jaghmel l-“iscreening” tas-sider kultant żmien. L-għan ta’ dan huwa li jinqabdu ċerti kundizzjonijiet fis-sider fi stat bikri, u għaldaqstant wieħed jaf itejjeb ukoll il-prognożi.

Wieħed għandu jfittex ukoll li jgħix stil ta’ ħajja sana billi jiekol ikel nutrittiv, jżid l-eżerċizzju fiżiku, jitlef il-piż żejjed, ma jpejjipx u jnaqqas l-konsum ta’ l-alkoħol.

Jekk tixtieq tibqa’ ssegwi iktar tagħrif dwar is-saħħa olistika, jekk jogħġbok żur u għamel “like” fuq il-paġna tiegħi ta’ Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× | Facebook

Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks