Select Page

“Ċaw qalbi, ħu gost l-iskola u tinsiex li llum se tiġbrok in-nanna”, fakkret Cynthia lil bintha. Cynthia daret il-kantuniera u qabdet triqtha lejn il-Belt. F’moħħha reġgħet għaddiet il-mistoqsijiet u xi punti oħra li xtaqet tiddiskuti fit-tieni intervista. Qatgħetha li ċċempel lil Mark, għax jekk tisma’ leħnu tagħmel iżjed kuraġġ, wara kollox hu kien ħeġġiġha tapplika. Waqt li żammet għajnejha fuq it-triq, tawlet idha għal fuq is-sedil tal-passiġġier biex tiġbed il-mowbajl mill-basket. Illum kienet libset is-sabiħ li kien xtralha Mark minn Milan. Ħasset tħaxwixa u ħadet xokk kbir hekk kif minflok il-basket tal-ġilda lemħet il-borża s-sewda taż-żibel. Indur jew nibqa’ sejra?

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks