L-ADHD spiss tibqa’ fl-età adulta wkoll. Is-sintomi jistgħu jidhru differenti f’età ikbar. Pereżempju, fl-adulti, l-iperattività tista’ tidher bħala ċaqliq estrem jew li jgħajju lil ħaddieħor bl-imġieba tagħhom (xi drabi din l-enerġija tista’ tiġi internalizzata u tista’ tinħass kontinwament iżda tista’ ma tkunx tidher għall-oħrajn).

In-nuqqas ta’ attenzjoni tal-ADHD fl-adulti tista’ tidher f’li qishom dejjem iħallu għall-aħħar, jitħabtu biex ilaħħqu mal-iskadenzi, donnhom ma jisimgħux l-istruzzjonijiet, jew tqassim tal-ħin ħażin għall-ippjanar biex jitlestew il-kompiti li jwassal għal diffikultajiet biex jitlaħħqu l-iskadenzi.

B’liema mod tidher l-ADHD?

  • Preżentazzjoni f’daqqa: turi s-sintomi taż-żewġ kriterji: in-nuqqas ta’ attenzjoni u l-iperattività u l-impulsività
  • Preżentazzjoni predominantement b’nuqqas ta’ attenzjoni: turi s-sintomi ta’ nuqqas ta’ attenzjoni, iżda mhux l-iperattività u l-impulsività
  • Preżentazzjoni predominantement iperattiva-impulsiva: turi s-sintomi taliperattività u l-impulsività, iżda mhux in-nuqqas ta’ attenzjoni.

Is-sintomi tal-ADHD jistgħu jinbidlu maż-żmien.

L-ADHD huwa disturb fuq spettru: ħadd mhu l-istess!

L-ADHD jista’ jinbidel f’mumenti differenti tal-ħajja tan-nies!

Informazjoni mogħtija lilna mill-organizzazzjoni ADHD Malta.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks