Select Page

U ajma, mhux pass kien hawn jew! Lanqas li ridt ngħaddi mill-awtostrada t-twila tal-Amerika! Dħakt waħdi b’dak il-ħsieb.
Dħalna fil-karozza, qabbadtha u minn hemm u minn hawn tlaqna.
Biex inkun sinċier, ikolli nistqarr li dik it-triq li tant kont fassalt sew f’moħħi bdejt ninsa’ fejn kienet qiegħda, bejn ħabba x-xorb u l-għejja, ma bdejtx insib tarf u malli ksirt liwja partikolari, sibt ruħi fit-triq il-prinċipali li kienet tagħti għan-naħa ta’ wara tar-raħal!
U malli ħriġt………ħassejt impatt qawwi, brejk, ħadid jinkiser, ħġieġ jinfaqa’, Maggie tgħaddi minn ġol-windskrijn, rasi taħbat mal-ġenb tax-xażi tal-karozza, riħa ta’ roti maħruqa, duħħan…………dlam…………xejn iżjed. U kwiet…………..kien hemm kwiet taqtgħu b’sikkina.
Stenbaħt l-isptar.
Kienu għaddew xi ħmistax minn dakinhar.
Kont għamilt xi ħmistax illupjat sew.
U l-ewwel ħaġa li niftakar malli ftaħt għajnejja bilmod, kien wiċċ oħti ż-żgħira tħares lejja mill-ġenb, imnikkta, b’għajnejn imdemma’.
“Maggie?” staqsejtha jien, b’xufftejja xotti, ngħolli kemmxejn idi ħalli nagħmlilha mossa, imma kullimkien kien jinħass muġugħ sew.
Għamlitli le b’rasha.
“Maggie?” erġajt staqsejtha.
Żgur kien hemm xi żball! Maggie kienet għadha ħajja!
Oħti qabditli idi bilmod u għamlithieli fuq farrett kbir meħjut li kelli fuq sidri.
“Maggie hawn qiegħda………..” qaltli bid-dmugħ f’għajnejha.
“Ma nistax nifhem………” weġibtha.
Imbagħad dawwart ħarsti lejn it-tieqa tal-kamra, rajt in-nida mżellġa’ mal-ħġieġ fuq in-naħa ta’ barra, ħassejt ir-riħ ivenven madwar l-isptar b’mod konstanti. Ma xtaqtx inkun naf. Imma kellhom jgħiduli.
“Maggie mietet l-isptar ftit wara………..u Eric, billi kellek bżonn traspjant urġenti tal-qalb………u kien hemm hi……….” qalli l-professur ftit wara.
“Qalbi……” bdejt ngħajjat jien fl-isptar, bid-dmugħ iġelben minn ħaddejja. “Qalbi……”

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks