Għandek bżonn:
Sider tat-tiġieġ
600ml stokk tat-tiġieġ
Tliet imgħaref sweetcorn
75g perżut imqatta’ cubes żgħar
Żewġ kuċċarini soy sauce
Kuċċarina ġinġer maħkuk
Nofs kuċċarina sesame oil
Żewġ kuċċarini cornflour imdewba f’erba’ mgħaref ilma kiesaħ
Għall-garnish:
Żewġ spring onions imqatta’ rqaq
Kuċċarina ħabaq imnixxef
Kuċċarina paprika hot jew sweet, skont il-gosti tiegħek
Metodu:
Poġġi s-sider tat-tiġieġ u l-istokk ġo borma kbira.
Ħallihom isiru sakemm jiftaħ jagħli. Imbagħad, baxxi n-nar u ħalliha ttektek għal 15-il minuta.
Neħħi s-sider tat-tiġieġ mill-borma, u qattagħha f’biċċiet żgħar ħafna. Għalissa warrabha ftit.
Erġa’ poġġi l-borma bl-istokk fuq nar baxx. Żid is-soy sauce u l-ġinġer. Imbagħad żid it-taħlita tal-ilma u l-cornflour ftit ftit, u ħawwad kontinwament għal ftit minuti sakemm tgħaqad ftit.
Imbgħad żid is-sider tat-tiġieġ imqatta’, is-sweet corn u l-perżut. Ħawwad sewwa u mbagħad ħalliha ttektek għal madwar 5 minuti.
Fl-aħħar żid is-sesame oil u nofs is-spring onions, ħawwad sewwa u ferra ġo skutelli.
Żejjen il-wiċċ ta’ kull skutella bil-paprika, il-ħabaq u l-kumplament tas-spring onions.
L-ikla t-tajba 🙂
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Kontributriċi