Proprju siegħa ilu, Doris tellgħet fuq il-YouTube Channel tagħha riċetta oħra minn tagħha. F’siegħa mindu tellgħet il-vidjo għandha ‘l fuq minn 100 view.
Doris li bħalissa qiegħda fuq fomm kulħadd minħabba r-riċetti partikolari tagħha, dan l-aħħar jidher li qed taqsam magħna riċetti b’ingredjenti aktar apetitużi u metodi konvenzjonali, ferm differenti milli konna mdorrijin naraw mingħandha.
Intom liema stil tippreferu, t’issa jew ta’ qabel?
Ħa timmisjaw l-istil tant uniku tat-tisjir ta’ Doris li għamilha tant famuża mal-Maltin?
Ikkumenta
