Select Page

Il-Qarċilla hija tradizzjoni antika tal-karnival li kienet ilha ma ssir aktar minn mitt sena. Seba’ snin ilu reġgħet inbdiet din it-tradizzjoni li mhi xejn ħlief farsa tat-triq. L-ewwel Qarċilla li nafu biha nkitbet minn qassis Dun Felic Demarco fl-1760. Sa mill-bidu tagħha, apparti l-kummenti politiċi u soċjali, il-Qarċilla dejjem kienet tiġbor fiha ukoll referenzi sesswali.

Bit-tħabrik ta’ Dr Olvin Vella u fuq inizjattiva tal-kumitat tal-Karnival, il-Qarċilla reġgħet sabet postha fil-karnival ta’ Malta fl-2014 b’kitba ta’ Trevor Zahra u produzzjoni u direzzjoni ta’ Joseph Galea. Kittieba oħra li f’dawn l-aħħar snin kitbu l-Qarċilla kienu Immanuel Mifsud, Leanne Ellul u Alex Vella Gregory li kiteb ukoll ta’ din is-sena.

Minħabba s-sitwazzjoni preżenti l-Qarċilla din is-sena saret bħala verżjoni televiżiva u se nkunu nistgħu nsegwu din il-produzzjoni mill-kumdità ta’ darna.

Il-Qarċilla se tixxandar fuq TVM2 nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar fis-18:30, b’repetizzjoni t-Tnejn 15 ta’ Frar fis-14:00.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks