Select Page

Mingħajr ebda dubju matul ix-xhur li għaddew waħda mill-aktar attrazzjonijiet importanti waqt il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija “THE ENTERTAINERS”, li tixxandar fuq Net Television bejn it-20.30 u l-23.00 kienet il-kompetizzjoni tal-kant għal talenti tfal u żgħażagħ u kbar, jew aħjar The Entertainers Singing Challenge.

Għal diversi ġimgħat it-telespettaturi kellhom iċ-ċans isegwu mill-qrib bosta kantanti waqt l-ewwel fażi. Mill-aħħar ta’ Frar, 24 kantant/a minn 9 snin ‘il fuq, maqsumin f’żewġ kategoriji, sejrin ikomplu l-avventura tagħhom f’din l-isfida prestiġjuża, akkumpanjati mill-band residenti tal-programm taħt it-tmexxija ta’ Mro. Mark Spiteri Lucas
Il-membri tal-ġurija għall-ewwel fażi kienu l-kompożitur u xandar popolari Chan Vella kif ukoll il-kantanti Anna Azzopardi u Jade Vella. F’idejhom kellhom il-100% tal-vot.

Dawn huma l-ismijiet tal-kantanti kollha li rnexxielhom jgħaddu għat-tieni fażi f’ordni alfabetika.


Minn Kategorija A: Jake Abela, Rihanna Aquilina, Kelsy Attard, Kacey Azzopardi, Faith Bondin, Rihanna Marie Caruana, Shyann Cutajar, Lisa Gauci, Amelia Kalabic, Shaznay Mangion, Kylie Micallef, Shanice Micallef, Ella Tohamy, Martina Schembri, Eliza Stellini u Krista Sujak.

Minn Kategorija B: Aiden Aquilina Cohen, Jake Bartolo, Shawn Ciantar, Bradley Debono, Martina Galea Loffreda, Amy Micallef, Nathan Psaila u Luana Schembri.


Għalhekk, biex tkomplu ssegwu l-andament ta’ The Entertainers Singing Challenge u l-varjetà li joffri l-programm The Entertainers, għamlu appuntament kull nhar ta’ Sibt filgħaxija mit-20.30 ’il quddiem fuq Net Teleivision, programm li għandu preżentazzjoni ta’ Janvil u produzzjoni ta’ Spiteri Lucas Entertainment.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks