Proprju ġurnata qabel Jum San Valentinu, il-kantant Kurt Anthony nieda l-interpretazzjoni tiegħu tal-kanzunetta popolari mis-snin 80 ‘Wicked Games’.
Kif semmejna aktar kmieni fuq skoperta.net, flimkien ma’ Kurt f’dan il-proġett naraw ukoll lil Lana Bowden li hija mudella u attriċi.
Dawn it-tnejn qed iwasslu l-messaġġ ta’ din il-kanzunetta b’mod li ma tantx aħna mdorrijin naraw lokalment.
Ix-xeni passjonali ta’ din l-interpretazzjoni jistgħu jkunu kontroversjali għal xi wħud, madanakollu jidher li diġà qed tintlaqa’ tajjeb minn ħafna.
Int x’jidhirlek minn din l-interpretazzjoni?
Ikkumenta
