Select Page

Għandek bżonn:

Żewġ boroż għazz aħmar (400g)
80g ross mgħolli, imlaħlaħ u mberred
Kuċċarina żejt taż-żebbuġa
Melħ u bżar skont il-gosti tiegħek
Kuccarina chilli flakes
Basla kbira, mqatta’
Żewġ cubes tal-istokk tat-tiġieġ
Żewġ litri ilma
Mazz kbir tursin frisk, imqatta’

Metodu:

Laħlaħ l-għazz aħmar sew.

Saħħan iż-żejt ġo borma kbira.

Żid il-basla u aqli sakemm tara li rtabet.

Żid il-melħ, il-bżar, iċ-chilli flakes u t-tursin. Ħawwad kollox għal minuta u mbagħad żid l-ilma u l-cubes tal-istokk.

Ħawwad, u żid l-għazz.
Ħallih jagħli, imbagħad baxxi n-nar u ħalliha ttektek għal madwar 20 minuta sakemm l-għads ikun imsajjar u artab. Tiha taħwida qisu kull 5 minuti.

Kif tara li l-għazz sar, żid ir-ross.
Ħawwad sewwa u ħalliha ttektek għal 10 minuti oħra.

Servi bi ftit tursin frisk fil-wiċċ u bi croutons.

L-ikla t-tajba 🙂

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks