Dame Katherine Patricia Routledge tagħlaq 92 sena proprju llum. Twieldet fis-17 ta’ Frar tal-1929. Hija attriċi, komika, xandara u kantanta Ingliża b’waħda mill-itwal karrieri ta’ spettaklu, fil-fatt ilha għaddejja 70 sena!
Bla dubju, hija magħrufa l-aktar għall-karattru komiku li interpretat fis-sitcom tal-BBC, Keeping Up Appreances, dak ta’ Hyacinth Bucket, li dam għaddej mill-1990 sal-1995.
Routledge għamlet id-debutt tagħha fuq il-palk fil-Liverpool Playhouse fl-1952 u d-debutt tagħha fuq Broadway f’How’s The World Treating You fl-1966. Hija rebħet il-premju Tony tal-1968 għall-aħjar attriċi f’musical għall-karattru tagħha f’Darling Of The Day, u l-premju Olivier tal-1988 għall-aħjar attriċi f’musical għal Candide.
Fl-2017, Routledge saret Dama mir-Reġina Eliżabetta għas-servizzi tagħha fid-divertiment u l-karità.
