❓🙋‍♀‍ Qatt ippruvajt ‘oil pulling’? Bażikament huwa li tiggargalizza biż-żejt għal 5 sa 20 minuta kuljum – u l-istudji juru li jista’ jkollu impatt enormi fuq it-titjib tas-saħħa orali tiegħek!

🥥 😁 L-istudji juru li oil pulling biż-żejt tal-coconut tgħin biex tnaqqas u tipprevjeni l-ġebla, il-ġinġivite u l-mikroorganiżmi f’ħalqek li jistgħu jikkawżaw nifs ħażin.

Il-mediċina Ayurvedika tradizzjonali titlob żejt sesame jew sunflower, iżda issa l-esperti jgħidu li ż-żejt tal-coconut huwa għażla kbira għax fih l-aċidu lauriku, li għandu proprjetajiet antimikrobiċi biex jgħin jelimina minn ħalqek batterji ħżiena għas-saħħa.

⏱⏳💡 Kull ma trid tagħmel hu li tpoġġi madwar mgħarfa żejt f’ħalqek u żommha sa 20 minuta.

🥥🥥 Biż-żejt tal-coconut dan jista’ jkun diffiċli għall-ewwel jekk ikun f’forma solida, iżda ladarba jkun f’ħalqek idub malajr. M’għandekx għalfejn iċċaqlaqha madwar ħalqek b’mod qawwi …

Kemm tiċċirkolaha bil-mod biss.

😁😺 Importanti: kun żgur li ma tiblax iż-żejt meta tkun lest … minflok, obżqu f’xugaman tal-karti u armiha.

Jekk 20 minuta tidher twila wisq, ipprova għal 5 sa 10 minuti kuljum.

🛑 L-oil pulling m’għandux jieħu post il-ħasil tas-snien regolari – għal iġjene orali tajba għandu jsir flimkien miegħu, jgħidu l-esperti.

Qatt ippruvajtha qabel? Għidli hawn taħt! ⬇️⬇️

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks