Jitħabbru l-erba’ preżentaturi tal-festival Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija organizzat minn Festivals Malta.

Il-preżentaturi huma Keith Demicoli, Lara Azzopardi, Sarah-Lee Zammit u Claire Agius Ordway, personalitajiet tant maħbuba u li żgur se jżewwqu t-tliet serati ta’ dan il-festival.

Il-festival Mużika Mużika se jkun qed jirritorna bil-kbir wara tant snin għaliex minbarra li se jkollna l-opportunità li nkomplu ngawdu t-talent Malti imma wkoll napprezzaw aktar il-lingwa tant sabiħa tagħna.

Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija se jkun qed jixxandar live fuq TVM nhar it-18, 19 u 20 ta’ Marzu fid-9:00pm.

Għal aktar dettalji żuru l-paġni t’hawn taħt:

Sit: Festivals Malta | Mużika Mużika | Home (muzikamuzika.org)

Facebook: Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija | Facebook

Instagram: Muzika Muzika (@muzika_muzika.mt) • Instagram photos and videos

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks