Select Page

Ftit jiem ilu l-Prinċep Philip, ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta ta’ kważi 74 sena, iddaħħal l-isptar, irraporta l-Associated Press.

Il-Prinċep, fl-età ta’ 99 sena ddaħħal l-isptar King Edward VII f’Londra wara li beda jħossu ħażin. Buckingham Palace iddeskriva l-ammissjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni u rrakomandata mit-tabib personali tiegħu. Huwa mistenni jibqa’ l-isptar fil-jiem li ġejjin għall-osservazzjoni u mistrieħ.

Sors tal-palazz qal li l-ammissjoni ma kinitx waħda ta’ emerġenza u li daħal ġewwa l-isptar mingħajr għajnuna. Is-sors ikkonferma wkoll li mhemm xejn relatat mal-Covid-19 u r-Reġina bħalissa għadha fil-kastell ta’ Windsor.

Id-Duka ta’ Edinburgu rtira uffiċjalment mid-dmirijiet irjali fl-2017 u minn dakinhar rarament għamel apparenzi pubbliċi flimkien mar-Reġina u l-membri rjali l-oħra. Madanakollu, huwa deher fis-Sajf li għadda għat-tieġ tan-neputija tiegħu l-Prinċipessa Beatrice.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks