Tidħol id-dar u minflok tgħid għall-erwieħ! Tħoss għoqda fuq l-istonku u tintela’ b’ħafna ansjetà.

Tinduna li m’intiex fir-relazzjoni t-tajba għax ħlief ġlied u pika mhemmx bejnietkom.. qatt ma tista’ ssib il-paċi sakemm mhux ma’ dan kollu hemm infedeltà jew l-għanijiet tal-ħajja tagħkom mhux qed jaqblu wkoll..

Dan iġegħlna naħsbu fejn nixtiequ mmorru u x’nixtiequ nagħmlu …

Meta nitkellem ma’ klijienti tiegħi dwar dan, jgħiduli li l-iktar parti diffiċli qiegħda meta taf dan kollu iżda donnu qed tibża’ tagħmel il-pass.. għax bħal drajt u ma tixtieqx terġa’ tkun single allura tippreferi li tibqa’ fejn inti..anki għaliex huwa diffiċli għalik li toħroġ mill-comfort zone.

Ngħiduha kif inhi mhix faċli li tagħmel il-pass u hija verità li jista’ jkun li taqta’ qalbek jew li tħoss in-nuqqas tal-persuna. Dawn huma kollha emozzjonijiet li tista’ tħoss sakemm terġa’ tingrana u ssib saqajk.

Allura xi jġegħlek tikkonferma li hemm bżonn li titlaq mir-relazzjoni?

Meta dak li jkun jibda jitlef l-istima tiegħu nnifsu u tibda tiddubita miegħek innifsek hemmhekk nistgħu ngħidu li huwa ċar li hemm ċertu ammont ta’ tossiċità fir-relazzjoni tiegħek! Importanti li tara jekk hemmx lok li tiddiskuti dak li qed tħoss mall-partner tiegħek jew inkella hux lok li titlaq.

L-istudji juru li meta tkun f’relazzjoni fejn hemm nuqqas ta’ rispett għal ammont ta’ żmien, jista’ jikkawża problemi fiżiċi li jinkludu wkoll problemi tal-qalb.

Xi kultant il-gut feeling tagħna iġegħlna naħsbu li huwa l-mument li nitilqu minn relazzjoni. Qalbna u moħħna jista’ jkun li jgħidulna mod ieħor.

Għaliex huwa ok li nkunu single u aħjar li mhux f’relazzjoni tossika?

Jekk inti single u ħriġt minn relazzjoni jfisser li se jkollok ħajja ġdida quddiemek.

Jekk se tidħol mill-ewwel f’relazzjoni hekk għadek kif spiċċajt minn waħda mhux daqshekk idea tajba għax ħafna drabi mhux se tagħti ċans lilek innifsek tirrifletti fuq dak li għandek bżonn jew fuq xiex jagħmlek kuntent/a.

Meta tkun single se jkollok iċ-ċans tagħmel l-affarijiet li tixtieq tagħmel meta kont fir-relazzjoni u ma stajtx. Tista’ tibda tagħmel l-affarijiet li xtaqt tagħmel f’ħajtek. Tista’ tibda taqta’ minn dik il-bucket list!

Tkun persuna aktar attraenti jekk tkun kuntent/a u li tkun persuna li tħobb tgħix il-ħajja.

Jekk toħroġ u tagħmel l-attivitajiet li tħobb hemm ċans li tiltaqa’ ma’ xi ħadd it-tip tiegħek u tista’ wkoll issir taf aktar nies u tibni relazzjonijiet differenti u anke ġodda…

Xi punti kif tista’ tkun kuntent/a anke single u aħjar li mhux tkun f’relazzjoni tossika.

  • Meta tkun single jista’ jkollok aktar ċans tagħmel l-eżerċizzju u allura tkun aktar b’saħħtek għax jirnexxielek titlef il-piż u anke li tqis x’tista’ tiekol. Ikollok aktar ħin biex tagħti kas dan kollu.
  • Ikollok aktar ċans biex tinvesti ħin fl-istudju allura ikollok ċans ittejjeb il- karriera tiegħek, il-finanzi u tiftaħ opportunitajiet oħrajn anke barra l-pajjiż għax ma jkollokx xi jżommok.
  • Ikollok aktar ħin biex wara x-xogħol tagħmel l-affarijiet li tħobb bil-kwiet mingħajr ħafna inkwiet dwar lil min se tħalli warajk.
  • L-altruwiżmu jgħinek ħafna mentalment u tista’ tiddedika ħin tagħmel xogħol ta’ volontarjat. B’hekk ikollok iċ-ċans li taħdem f’xi ħaġa li ttik sodisfazzjon u fl-istess ħin tkun qed tagħmel il-ġid. Dan jista’ jgħinek tibni l-istima tiegħek nnifsek għax itik għan fil-ħajja u jista’ jkun li jgħinek biex tibda tara d-dinja minn lenti differenti.
  • Ikollok aktar ħin ghalik innifsek fejn tista’ tiltaqa’ ma’ familjari u ħbieb u mhux bilfors trid tagħmel li jgħidulek anke jekk inti mhux komdu jew komda.
  • Li tgħix waħdek jista’ jgħinek tkun inti l-boss id dar, tidħol fi x’ħin trid u fi x’ħin tħossok komdu/ komda u ma tridx toqgħod tagħti spjegazzjoni jekk ma għamiltx xi ħaġa.

Li toħroġ minn relazzjoni mhix faċli iżda mhux impossibli. Inħobb nuża din il-metafora tal-għawwiema li jaqbżu mill-għoli f’xi kompetizzjoni… sakemm jaqbżu jkunu anzjużi u mbeżża’ iżda meta jirnexxielhom jaqbżu jħossu sodisfazzjon u sens ta’ liberta.

Jekk tħossha diffiċli li tagħmel deċiżjoni waħdek.. dejjem għandek l-opportunità li titkellem ma’ professjonist/a b’kunfidenzjalità assoluta..

F’idejk..

Awguri u tislijiet..

Jekk għandek xi suġġett partikolari li tixtieq li nitkellmu dwaru, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks