Select Page

Proprju lbieraħ Mandy Moore, attriċi mis-sensiela tant segwita ‘This is us’ ħabbret li saret omm għall-ewwel darba.

Mandy Moore, li twieldet fl-10 ta’ April tal-1984, hija kantawtriċi, u attriċi Amerikana, u miżżewġa lill-mużiċist Taylor Goldsmith. Kisbet suċċess kemm fil-karriera mużikali tagħha kif ukoll dik ta’ attriċi. Ħadet sehem f’bosta films, fosthom ‘A Walk To Remember’, film emozzjonali li jittratta storja sabiħa ta’ mħabba u li fih ukoll nisimgħu l-vuċi sabiħa ta’ Mandy Moore.

Fis-sena 2016, Mandy Moore bdiet bl-interpretazzjoni tagħha tal-karattru ta’ Rebecca Pearson fis-sensiela ‘This is us’. Għall-prestazzjoni tagħha hija ġiet innominata għall-Golden Globe Award għall-Best Supporting Actress u għall-Primetime Emmy Award għall-Outstanding Lead Actress f’sensiela tad-drama. Rebħet ukoll żewġ Screen Actors Guild Awards għall-Outstanding Performance minn Ensemble f’sensiela tad-drama.

Fl-2019, ingħatat ukoll stilla fil-Walk of Fame ta’ Hollywood.

Moore ħabbret it-twelid tat-tifel tagħha permezz ta’ post fuq Instagram fejn minbarra li tellgħet ritratt tat-tifel, August Harrison Goldsmith, hija qalet li wasal proprju fid-data preċiża. Żiedet tgħid ukoll li minkejja li kienu ippreparati għall-imħabba ġdida li se jkollhom għat-tifel tagħhom, hija ferm lil hinn minn dak kollu li qatt setgħu jimmaġinaw

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks