🌟😎 L-isfida ta’ din il-ġimgħa hija dwar mod ta’ kif tista’ tħossok rilassat, kalm u mingħajr stress … tinstema’ tajba hux!?

👉🔲 Se nkunu qed nagħmlu teknika tan-nifs li tgħinek tħossok inqas stressjat kważi mill-ewwel! Dan jissejjaħ “box breathing.” U le, ma tinvolvix li toqgħod ġo xi kaxxa ssikkata!

🤯 Kif taf, l-istress jista’ jiġi fuqek faċilment matul il-ġurnata. Tista’ tibda tħossok tajjeb, imma f’daqqa waħda tinnota li l-ispallejn tiegħek huma stretti u qed iżżomm in-nifs tiegħek, bla ma forsi tinduna.

👍 L-aħbar it-tajba hija li ġismek għandu mod integrat biex jikkumbatti dak l-istress.

👉🌟 Il-‘box breathing’ jintuża minn kulħadd, minn suldati u first responders sa infermiera u għalliema!

Jinvolvi li tikkontrolla n-nifs ‘il ġewwa u ‘l barra, kif ukoll li “żżomm” in-nifs tiegħek.

💚🔲 Huwa msejjaħ “box” breathing għax tagħmel kull parti tan-nifs għal ammont ta’ ħin ugwali (4 darbiet), bħallikieku qed tieħu n-nifs madwar kwadru.

Tista’ tagħmel dan billi:

🧘 Biex tibda, kull ma trid tagħmel hu li tpoġġi dritt fuq siġġu, saqajn ċatti mal-art.

👄 Imbagħad, neħħi bil-mod minn ħalqek kemm tista’ arja … għal total ta’ 4 sekondi.

👃 Issa, żomm in-nifs tiegħek għal 4 sekondi, u mbagħad bil-mod il-mod ħu n-nifs minn imnieħrek għal 4 għadd.

🙃 U mbagħad erġa’ żomm in-nifs tiegħek, għal 4 sekondi.

👉 Għal sessjoni sħiħa ta’ ‘box breathing’, sempliċement irrepeti ċ-ċiklu għal total ta’ 4 darbiet.

🤩 Tibda tħoss ġismek jirrilassa kważi immedjatament.

Hija xi ħaġa tassew terapewtika!

🤩 Jekk m’intix imdorri b’dan it-tip ta’ eżerċizzju, għall-ewwel jista’ jidher ftit skomdu sakemm titgħallem kif tieħu nifsijiet normali waqt li tuża din it-teknika.

Ħaġa oħra li għandek tkun taf hija li jekk int qed tagħmel dan l-eżerċizzju għall-ewwel darba jew xi ħadd li normalment jieħu nifs baxx, jista’ jkun li tħossok xi ftit sturdut l-ewwel ftit drabi li tagħmel dan. Dan se jmur maż-żmien hekk kif titgħallem kif tikkontrolla n-nifs tiegħek.

😌😊Nota: din tista’ tkun teknika ideali biex tgħallem lit-tfal għal meta jħossuhom inkwetati, anzjużi jew imdejqin.

⤵️⤵️⤵️ Int se tidħol għal din l-isfida?

Ejjew nagħmlu SESSJONI WAĦDA kuljum.

Ipprova u għidli kif tmur!

Bħal ħafna li jippruvaw darba din is-sessjoni qasira, possibilment tibqa’ tagħmilha spiss, speċjalment meta tħoss l-istress.

Nawguralek 🙂

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks