Ftit tal-ħin ilu NET News żvela li l-ġurnalist u preżentatur Keith Demicoli ilbieraħ ippreżenta l-ittra ta’ riżenja tiegħu lill-Bord tad-Diretturi tal-PBS.
Keith ilu fix-xandir mill-2008, u minbarra li huwa magħruf għall-kariżma tiegħu, jispikkaw ukoll id-dedikazzjoni u l-professjonalità tiegħu, li jirriflettu fuq is-suċċess li kiseb matul is-snin fil-karriera tiegħu.
Huwa qal lil Lovin Malta li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jokkupa kariga ġdida f’Chamber of Commerce.
Din l-aħbar qajmet reazzjoni ta’ dizzappunt fost ħafna u iddeskrivew din ir-riżenja bħala telfa għall-PBS u għax-xandir Malti.
Ċertament li n-nuqqas tiegħu se jinħass ferm minn bosta.
Min-naħa tagħna nawguraw lil Keith aktar suċċessi fil-kapitlu ġdid li se jibda fil-jiem li ġejjin.
