Il-Peperomia hija pjanta tad-dar attraenti u ideali għal fuq xi skrivanija jew mejda. Mhix diffiċli biex tieħu ħsiebha u l-pjanti tal-Peperomia għandhom forma kompatta li tħallihom jokkupaw spazju żgħir kull fejn tagħżel li tpoġġihom.

Il-Peperomia teħtieġ postijiet b’dawl medju sa baxx, ‘il bogħod mix-xemx diretta. Poġġi l-pjanta f’taħlita ħafifa ta’ perlit jew żrar oħxon biex tħalli l-għeruq jirċievu ċirkolazzjoni ta’ arja meħtieġa għas-saħħa u l-iżvilupp tal-pjanta tiegħek.

Ħafna varjetajiet ta’ din il-pjanta huma tossiċi għall-klieb u l-qtates. Inġestjoni’ tista’ tikkawża irritazzjoni orali. Iżda hemm varjetà waħda ta’ Peperomia li fil-fatt hija sikura għall-annimali domestiċi li hija l-Peperomia Polybotrya Raindrop.

Jekk il-pjanta tal-peperomia tiegħek tinxef, minkejja li ssaqqiha regolari, il-pjanta x’aktarx ma jkolliex biżżejjed ossiġnu għall-għeruq. Saqqiha ftit u ħalli l-ħamrija tinxef b’fond daqs 5 pulzieri bejn tisqija u oħra.

Kultant iffertilizza b’ikel ibbilanċjat tal-pjanti wara li ssaqqi. Fis-Sajf laħlaħ il-pjanta bl-ilma biex tneħħi l-melħ li jkun fadal wara l-fertilizzazzjoni. Repotting għandu jsir fir-rebbiegħa, imma importanti li żżomm il-pots żgħar.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-pjanta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks