Aktar kmieni llum ġie mniedi vidjo mużikali ta’ interpretazzjoni tal-kanzunetta Mistake, mill-kantanta Destiny u Red Electrick, b’direzzjoni artistika ta’ Steven Levi Vella.
Il-kanzunetta Mistake hija waħda mill-kanzunetti tar-raba’ album tar-Red Electrick, bl-isem ta’ Tragic Optimistic.
Iż-żeffiena ta’ Concept of Movement, li t-talent tagħhom ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna mis-segwaċi ta’ Malta’s Got Talent, huma wkoll parti minn dan il-proġett mużikali.
Il-kanzunetta Mistake inkitbet minn Joe Roscoe, Peter Borg, Aleandro Spiteri Monsigneur u Ivan Borg, bi produzzjoni ta’ Peter Borg.
Ikkumenta
