“Roberta hija persuna li għalija, ngħidha pubblikament, tfisser ħafna, u hija ta’ ispirazzjoni ħafna ħafna ħafna, anki bil-proġett tagħha skoperta li qed tmur tajjeb ħafna bih, u naf li qed tgħin ukoll ħafna nies bl-istejjer li qed twassal.”
Dan hu dak li qal Ryan wara waħda mis-sorpriżi li kellu fil-programm ta’ nhar is-Sibt 27 ta’ Frar.
Ta’ kull ġimgħa l-programm Sibtek iwassal diversi sorpriżi iżda l-programm tas-Sibt li għadda kien wieħed partikolari u speċjali għaliex din id-darba kien hemm sorpriżi ħelwin ippreparati għal Ryan, għall-okkażjoni ta’ għeluq sninu! Ilbieraħ Ryan għalaq 36 sena.
Roberta Magri, direttriċi ta’ skoperta.net kienet f’waħda mis-sorpriżi li ħejjew il-produtturi ta’ Sibtek.
Permezz ta’ filmat, li Ryan ma kienx qed jistenna, Roberta għaddietlu messaġġ ta’ awguri għal għeluq sninu imma aktar minn hekk, esprimiet xi jfisser f’ħajjitha.
Bejn demgħa u oħra, Ryan qal li Roberta tfisser ħafna għalih u li hija ta’ ispirazzjoni kbira għalih anki fil-karriera tiegħu. Żied isemmi wkoll l-impatt u l-progress pożittiv ta’ skoperta.net.
Min-naħa tagħna nawguraw lil Ryan ħafna aktar imħabba, hena u pożittività daqskemm jittrasmetti hu lil ta’ madwaru u lis-segwaċi tiegħu.
