Select Page

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Ġorġ Agius, magħruf bħala l-għannej tal-mużew, fl-età ta’ 94 sena.

Ġorġ kien maħbub minn ħafna u bosta jiddeskrivuh bħala,raġel qaddis. Huwa kien magħruf l-aktar għall-mod tiegħu ta’ kif kien jipprova jferraħ u jkun ta’ wens għall-morda ġewwa l-isptar permezz ta’ xi taqbila ħelwa.

Huwa kien devot ħafna lejn ir-reliġjon nisranija, fil-fatt ħafna jsejħulu bħala L-Għannej tal-Mulej u f’ħafna mit-taqbiliet tiegħu kien b’xi mod isemmi l-fidi u l-imħabba tiegħu lejn it-twemmin tiegħu.

Huma ħafna li urew is-sogħba tagħhom għal din l-aħbar u ċertament li Ġorġ se jibqa’ fil-memorja u l-qlub tal-Maltin, speċjalment dawk li xi darba jew oħra kellhom kuntatt miegħu.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks