“Kif għandkom il-kuraġġ illi ħabs bħal dak u tibqgħu tibgħatu n-nies il-ħabs? Imma aktar minn hekk, intom tistgħu tmorru l-ħabs, tidħlu fejn tridu, tkellmu lil min tridu u ma jista’ jżommkom ħadd. Mhux bħalna. Aħna ma jħalluniex. Mela allura intom li qed tibgħatu n-nies il-ħabs, għandkom id-dmir, id-dover illi tmorru l-ħabs, sinjuri mħallfin u maġistrati, u tinvestigaw u taraw li dak li ilna ngħidu huwa vera, illi hemm ġew mhumiex trattati ta’ umani” – Peppi Azzopardi

Ftit tal-ħin ilu, fuq il-paġna ta’ Xarabank ittella’ filmat li juri lil Peppi jgħaddi messaġġ ieħor b’tant emozzjoni, din id-darba dwar is-sitwazzjoni tal-ħabs preżenti, skont il-perspettiva tiegħu u xi dettalji li ġew żvelati minn mezzi oħra tal-midja.

Peppi jitkellem dwar storja partikolari li nstemgħet dan l-aħħar dwar priġunier, filwaqt li jgħaddi messaġġ lill-imħallfin u l-maġistrati sabiex ikunu huma stess li jmorru u jinvestigaw is-sitwazzjoni li qed tiġi allegata minn bosta.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks