Select Page

“Fi żmien il-covid, l-aktar sentenza li dejqitni hija “Jekk trid oħroġ, jekk ma jogħġbokx ibqa’ d-dar”, ma ddejjaqtx għax in-nies joħorġu għax ovvjament ma tistax tingħalaq id-dar għal dejjem però naħseb li hemm postijiet u postijiet.” – Matthew James Borg

Ftit tal-ħin ilu, il-kantant Matthew James Borg tella’ filmat fuq il-midja soċjali dwar ċerta attitudni li xi wħud għandhom fuq is-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija, li ċertament ma tgħinx biex innaqqsu t-trażmissjoni ta’ dan il-virus.

Żied jgħid li qiegħdin fi żmien fejn fl-opinjoni tiegħu l-eġoiżmu qed jirrenja u li jekk nieħdu ħsieb naqra aktar lil xulxin nistgħu nevitaw ħafna hassle.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks