Mandy Vella, żagħżugħa ta’ 26-il sena li tbati mill-kundizzjonijiet tas-Cystic Fibrosis, tesprimi l-inkwiet u d-dispjaċir tagħha minħabba li l-unika mediċina li tista’ ssalvalha ħajjitha tiswa’ ħafna flus, tant li la hi u lanqas il-familjari ma jifilħu jixtruha, għaldaqstant talbet għall-għajnuna tal-awtoritajiet, li s’issa għadha ma’ ingħatatx.
Cystic Fibrosis hija kundizzjoni progressiva u minkejja li hija kundizzjoni li ma tidhirx, toħloq ħafna tbatija ta’ kuljum u li anki tista’ twassal għall-mewt.
F’ittra li kitbet fuq il-midja soċjali u li fiha ittegjat lill-awtoritajiet u politiċi Maltin, Mandy qalet li minkejja li kellmet aktar minn darba lill-awtoritajiet, saħansitra anki laqgħa mall-Prim Ministru Dr Robert Abela xorta waħda, hi u oħrajn li jbatu minn din il-kundizzjoni għadhom ma ngħatawx l-għajnuna neċessarja.
Hija qalet li filwaqt li tħossha grata li tingħata mediċina b’xejn mill-Gvern, iżda l-mediċina li qed tingħata bħalissa mhijiex tagħmel differenza għal din il-kundizzjoni. Għaldaqstant, saħħitha u saħħet oħrajn qed tkompli sejra lura u tiddependi fuq l-għajnuna li b’diżappunt tisħaq kemm-il darba li ma ngħatatx.
Żiedet tgħid li mhux biss qed tħoss li t-talba tagħha qed tiġi injorata minn min hu ikkonċernat iżda li mlewha b’tama li ma wasslet għal imkien.
Filwaqt li qed tistaqsi x’inhi l-verament raġuni għal dan in-nuqqas li qed ikisser lill-individwi b’din il-kundizzjoni u l-familji tagħhom, hija qalet li ma tixtieq lil ħadd jgħaddi minn dak li qed tgħaddi minnu hi u proprju għalhekk għażlet li tibqa’ titkellem għaliha, u għal dawk li għad jiġu warajha.
L-Eċċellenza Tiegħu President ta’ Malta Dr. George Vella,
L-Onor. Prim Ministru Dr. Robert Abela,
Deputat Prim Ministru…Posted by Mandy Vella on Tuesday, March 2, 2021
