Il-21 ta’ Marzu hija l-World Down Syndrome Day, għaldaqstant l-għan hu li partikolarment f’dik il-ġurnata u f’dan ix-xahar titqajjem aktar kuxjenza dwar ir-realtà u l-kapaċitajiet ta’ persuni li għandhom din il-kundizzjoni.
Huma ħafna li minħabba n-natura ta’ din il-kundizzjoni ma jagħrfux biżżejjed il-kapaċitajiet jew inkella ma jagħtux ċans lill-persuni li jgħixu b’din il-kundizzjoni juru l-ħiliet tagħhom.
Permezz tal-Aġenzija Żgħażagħ, Neil, ġuvni ta’ 18-il sena li wkoll għandu l-kundizzjoni tad-Down Syndrome, qed iwassal messaġġ sempliċi imma li jfisser ħafna.
“Nista’ nagħmel ħafna affarijiet. Nixtieq naħdem u noħroġ mall-ħbieb”
Ikkumenta
