Jisimha Amanda, ta’ nazzjonalità Latina u għandha 24 sena. Hija brunette u tindika li hija disponibbli lejl u nhar. Il-prezzijiet tas-servizzi tagħha għal siegħa ivarjaw minn 50 ewro sa 150 ewro.
Din hija biss waħda minn diversi escorts li wieħed jista’ jsib f’waħda mis-siti elettroniċi li joffru dan it-tip servizzi.
Għalkemm huwa suġġett li ma tantx nisimgħu dwaru f’pajjiżna, jirrapreżenta realtà li biż-żmien dejjem qiegħda tikber aktar.
It-tim ta’ skoperta.net irnexxielu jiskopri aktar dwar din id-dinja mistura, li però għal xi wħud hija parti regolari minn ħajjithom.
Irnexxielna nagħmlu kuntatt ma’ persuna li ta’ spiss tuża s-servizzi tal-escorts u li aċċettat li tgħinna nifhmu aħjar dan il-fenomenu.
F’intervista esklussiva, NN, raġel ta’ 34 sena, li ħa jinżamm anonimu biex nipproteġu l-identità tiegħu, qasam magħna l-perspettiva tiegħu bħala klijent, u jgħidilna għaliex hu jagħżel li jirrikorri għal servizzi ta’ dan it-tip.

Tista’ tagħtina ħarsa ġenerali dwar il-qasam tal-escorts f’Malta? X’tagħmel eżatt escort u b’liema mod hi differenti minn prostituta tradizzjonali?
Il-qasam tal-escorts llum il-ġurnata huwa bbażat online bil-maġġoranza tagħhom ikunu ta’ nazzjonalità barranija. Escort toffri servizzi sesswali kif ukoll servizz, li ismu miegħu, ta’ akkumpanjatriċi. Prostituta tradizzjonali hija relatata ma’ servizzi sesswali biss u fil-qasam lokali kkunsidrat mhux sigur u xi drabi jista’ jkun ta’ periklu.
X’inhi l-esperjenza personali tiegħek bħala klijent li jagħmel użu mis-servizz tal-escorts?
Rigward esperjenzi personali qatt ma iffaċċjajt problemi u kull escort, anki jekk ħafna minnom joffru l-istess servizzi, dejjem ħassejthom esperjenzi differenti fuq livell kemm sesswali kif ukoll ta’ interaction.
Meta u kif bdejt tagħmel użu minn dawn is-servizzi?
L-ewwel darba li għamilt użu minn dan it-tip ta’ servizz kien meta kont imsiefer ma’ grupp ta’ ħbieb ftit ta’ snin ilu. Ftit wara dan bdejt nesplora dawn it-tip ta’ servizzi lokalment.
X’inhuma t-tipi ta’ servizzi li joffru l-escorts? U x’inhuma l-prezzijiet medji abbinati ma’ dawn is-servizzi?
Is-servizzi nfushom ivarjaw minn dawk sesswali, ta’ akkumpanjament jew gfe (girlfriend experience) sa dawk magħrufin bħala fetishes, bħal BDSM, toilet play u ħafna oħrajn. Prezzijiet ivarjaw skont is-sbuħija, l-esperjenza tal-escort u in-nazzjonalità. Minn 50 ewro għal nofsiegħa sa 100 jew 250 kull siegħa fir-rigward ta’ dawk li jkunu meqjusin iżjed bħala ‘high class escorts’.
Fuq nota personali għalfejn tħoss il-bżonn li tagħmel użu minn dawn it-tipi ta’ servizzi?
Bħala persuna single nuża dan it-tip ta’ servizz meta nħoss il-ħtieġa li jkolli x’naqsam ma’ persuna oħra b’mod sesswali apparti l-fatt li nħoss li huwa fetish minnu nnifsu li nagħmel dan ma’ persuna li ma nafiex jew li qatt ma ltqajt magħha qabel.
Mill-esperjenza tiegħek kemm hu kbir dan is-suq f’Malta u x’inhi t-tip ta’ klijentela li tfittex dawn is-servizzi?
Dan is-suq qiegħed jikber f’Malta kemm għaliex jidher li kibret id-domanda u kemm minħabba l-preżenza ta’ iżjed persuni barranin jgħixu hawn. Fix-xhur tas-Sajf jidher li n-numru ta’ escorts li jiġu Malta jiżdied. Il-klijentela tvarja kemm fl-età u kemm abbażi ta’ servizz li wieħed ifittex. Dan jiġi influwenzat ukoll mill-prezzijiet differenti li jintalbu minn min qiegħed joffri s-servizz. Għalkemm snin ilu jidher li s-servizz ta’ ‘professional escort’ kien iktar sinonimu ma’ klijenti barranin inħoss li llum ir-realtà nbidlet ferm.

Kif isir il-kuntatt ma’ dawn l-escorts? Jeżistu xi aġenziji jew websites li jiffaċilitaw dan kollu?
Il-kuntatti jsiru online permezz ta’ siti elettroniċi fejn kull escort ikollha l-profil tagħha b’indirizz elettroniku jew numru tal-mobile abbinat. Ġenerlament il-kuntatt isir bil-mobile, permezz ta’ messaging apps. Jeżistu aġenziji barranin li jibgħatu escorts hawn Malta biex joffru dawn it-tip ta’ servizzi però din ma tidhirx li hija n-norma s’issa.
F’liema postijiet jingħataw is-servizzi?
Ħafna mis-servizzi jingħataw f’lokalitajiet ċentrali meqjusin bħala turistiċi, f’appartamenti privati. Jekk l-escort tkun qiegħda żżur Malta għal żmien qasir, is-servizz jingħata f’kamra ta’ lukanda. Incall meta wieħed iżur lill-escort jew outcall meta hi tmur għand il-klijent.
Hemm xi riskji jew perikli għall-klijenti li jieħdu s-servizzi tal-escorts?
Riskji relatati ma’ saħħa jista’ jkun hemm dejjem però ħafna mill-escorts jaċċettaw li jagħtu s-servizzi bl-użu ta’ kontraċettivi biss.
Xi tgħidilna fuq l-escorts infushom? X’nazzjonalità jkunu? U kif jaslu Malta?
Nazzjonalitajiet ivarjaw minn Western Europe, Eastern Europe u l-Amerika Latina, bl-aħħar tnejn ikunu l-aktar komuni. Jiġu bl-ajru filwaqt li ħafna mil-Latini jaslu mill-Italja għaliex diġà jkunu ilhom jaħdmu bħala escorts hemmhekk.
Lil hinn mix-xogħol, fuq livell iktar uman, xi tgħidilna dwar l-escorts?
Fuq livell personali nħoss li diffiċli wieħed jikkumenta però maż-żmien indunajt illi ltqajt ma’ persuni li ġejjin minn kategoriji differenti tas-soċjetà b’raġunijiet jew realtajiet differenti li wassluhom biex jibdew jagħmlu dan ix-xogħol.

Għandek xi anedottu partikolari jew esperjenza mhux tas-soltu assoċjata mal-escorts?
Anedottu partikolari kien xi snin ilu ma’ escort partikolari, għoġbitni fiżikament però meta mort skoprejt li kienet tispeċjalizza f’bdsm. Għalkemm offrietli servizzi sesswali xorta waħda dawn kienu kemmxejn dominanti żżejjed għal dak li jien mdorri bih is-soltu anki fis-sens ta’ ‘personal interraction’. Kienet esperjenza differenti u interessanti u li ma ninsiex.
Taħseb li dan it-tip ta’ suq jista’ jkun sors ta’ sfruttament jew traffikar uman tal-escorts infushom?
It-traffikar jeżisti però ma nemminx li huwa komuni. Hemm ħafna li jagħmlu dan minn jeddhom u għaliex il-qligħ huwa ħafna ikbar minn xogħol ieħor. Naqbel li dan għandu jiġi legalizzat u regolat għax b’kuntrarju għal dak li jintqal minn ċerti sorsi, l-abbuż u t-traffikar mhuwiex in-norma anzi ħafna jagħmluh bħala forma ta’ ‘social mobility’ u jistgħu jkunu persuni li ġejjin minn oqsma varji tal-ħajja b’differenza mill-perċezzjoni ta’ abbuż relatat ma’ vizzji jew sfruttament għalkemm dan qatt mhu eskluż.
Għaliex temmen li dan il-qasam għandu jiġi legalizzat u regolizzat?
Nemmen illi regolizazzjoni b’qafas legali tajjeb jista’ jgħin kemm il-ħaddiem u kemm l-istat jibbenefikaw f’sens monetarju filwaqt li jgħin l-abbuż jew sfruttament jonqos aktar milli jiżdied.
Grazzi talli aċċettajt li tiġi intervistat mit-tim ta’ skoperta.net.
Grazzi lilkom.
Ħallilna kumment jew għamel kuntatt magħna permezz tal-indirizz elettroniku: info@skoperta.net u għidilna x’inhi l-opinjoni tiegħek dwar dan is-suġġett kontroversjali!
