Bosta esprimew l-opinjoni tagħhom hekk kif ġie żvelat id-disinn tal-monument tal-Professur Oliver Friggieri, li miet f’Novembru li għadda.

Filwaqt li dan id-disinn partikolari għoġob lil xi apprezzaw l-arti li jirrapreżenta dan id-disinn, oħrajn ikkritikaw bil-qawwa u saħansitra qalu li l-Professur Friggieri jixraqlu ferm aħjar.

Ġie żvelat ukoll il-post fejn se jkun qed jitqiegħed dan il-monument., proprju ġewwa l-Floriana, fejn il-Professur Friggieri għex tfulitu u żgħożitu, viċin il-monument li jfakkar l-Ewwel Gwerra Dinjija, u faċċata tal-monument f’ġieħ il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila.

L-ammont tan-nefqa ta’ dan il-monument qed jiġi indikat li se jkun madwar €100,000

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks