In-nisa kollha fid-dinja jridu u jistħoqqilhom futur ugwali ħieles minn stigma, sterjotipi u vjolenza; futur sostenibbli, paċifiku, bi drittijiet u opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Sabiex naslu hemm, id-dinja teħtieġ in-nisa f’kull mejda fejn qed jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Din is-sena, it-tema għall-Jum Internazzjonali tan-Nisa hija “Nisa fit-tmexxija: Il-kisba ta’ futur ugwali f’dinja bil-pandemija Covid-19.” L-għan ta’ din it-tema huwa li jiġu iċċelebrati l-isforzi tremendi min-nisa madwar id-dinja fit-tfassil ta’ futur u rkupru aktar ugwali mill-pandemija Covid-19 u tenfasizza l-lakuni li għad fadal.

Il-parteċipazzjoni u t-tmexxija sħiħa u effettiva tan-nisa fl-oqsma kollha tal-ħajja tmexxi l-progress għal kulħadd. Madanakollu, in-nisa għadhom sottorapreżentati fil-ħajja pubblika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ġie żvelat fir-rapport riċenti tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. In-nisa huma kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern fi 22 pajjiż, u 24.9 fil-mija biss tal-membri parlamentari nazzjonali huma nisa. Bir-rata attwali ta’ progress, l-ugwaljanza bejn is-sessi fost il-kapijiet tal-Gvern se tieħu 130 sena oħra!

In-nisa huma wkoll fuq quddiem fil-battalja kontra Covid-19, bħala front-liners partikolarment fis-settur tas-saħħa, bħala xjenzati, tobba u caregivers, iżda jitħallsu 11 fil-mija inqas globalment mill-kontropartijiet maskili tagħhom. Minn analiżi li saret ħareġ li minn 87 pajjiż, kienu biss 3.5 fil-mija minnhom li kellhom parità bejn is-sessi.

Meta n-nisa jmexxu, naraw riżultati pożittivi. Uħud mill-aktar risposti effiċjenti u eżemplari għall-pandemija Covid-19 kienu mmexxija min-nisa. In-nisa, speċjalment in-nisa żgħażagħ, huma fuq quddiem ta’ movimenti diversi u inklussivi online u fit-toroq għall-ġustizzja soċjali, it-tibdil fil-klima u l-ugwaljanza fil-partijiet kollha tad-dinja. Madanakollu, in-nisa taħt it-30 huma inqas minn 1 fil-mija tal-membri parlamentari madwar id-dinja.

Kif u minn fejn oriġina l-Jum Internazzjonali tan-nisa?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks