Għandek bżonn:

1kg laħam taċ-ċanga mqatta’ ‘bitesized’

2 mgħaref żejt taż-żebbuġa

2 basliet imdaqsa mqatta’ rqaq

4 sinniet tewm imqatta’ rqaq

Bott (400g) chickpeas (ċiċri)

Żewġ cubes taċ-ċanga mdewbin f’600ml misħun

Taħlita ta’ dawn li ġejjin ġo skutella kbira: 2 mgħaref dqiq plain, mgħarfa kemmun, 2 imgħaref ras el hanout spice, kuċċarina melħ u kuċċarina bżar

2 mgħaref nagħniegħ imnixxef

2 tazzi yoghurt plain (iservi ġħal 6 porzjonijiet)

Metodu:

  • Poġġi l-laħam fl-iskutella mad-dqiq u l-ħwawar u ħallathom sew.
  • Saħħan mgħarfa żejt ġo taġen kbir u aqli l-laħam sakemm jieħu kulur kanella. Neħħi l-laħam min ġot-taġen u poġġih ġo dixx tal-forn. Agħttih u ħallih ftit.
  • Fl-istess taġen erġa’ saħħan mgħarfa żejt u aqli l-basal u t-tewm sakemm jieħdu kulur ħamrani. Żid l-istokk li tkun lestejt, u ħallih itektek għal 10 minuti.
  • Ġib id-dixx tal-laħam u ferra l-istokk bil-basal u t-tewm fuq il-laħam. Agħtti d-dixx u sajjar fil-forn għal 30 minuta.
  • Oħroġ id-dixx mill-forn. Żid iċ-chickpeas u erġa’ daħħlu mikxuf fil-forn għal kwarta.
  • Qassam l-istuffat fi platti (waħdu jew ma’ ross jew couscous). Agħmel mgħarfa yoghurt u raxxa nagħniegħ fuq kull porzjon.

L-ikla t-tajba!

Nota: Din l-ikla tista’ sserviha waħedha jew ma’ ross jew couscous. Għalhekk kemm toħroġ porzjonijiet jiddependi fuq kif se sserviha. Jien inserviha ma’ couscous kif tistgħu taraw fir-ritratt, u noħrog bejn 4 u 6 porzjonijiet.

Fuq skoperta.net tistgħu ssibu wkoll ftit informazzjoni u r-riċetta ta’ kif tistgħu tagħmlu r-Ras el Hanout spice intom stess.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks