F’konferenza stampa ftit tal-ħin ilu, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar diversi miżuri ġodda li se jibdew proprju minn għada, filwaqt li dawk edukattivi se jibdew min-nhar it-tnejn li ġej.
- Jingħalqu l-ħwienet mhux essenzjali, fosthom il-ħwienet tal-ħwejjeġ, il-parrukkiera, beauticians, dawk li jbigħu prodotti relatati ma’ sport, ġojjelleriji, basktijiet, aċċessorji, taż-żraben, prodotti tal-għajnejn mingħajr preskrizzjoni, ħwienet tal-fwieħa, ħwienet tal-bżonnijiet tad-dar, discount store, ħwienet li jbiegħu bagalji, ħwienet tal-ġugarelli tal-passatempi u tal-għamara.
- Il-wage supplement jingħata sħiħ lin-negozji kollha.
- Se jkun sospiż l-isport organizzat kollu.
- Jingħalqu l-gyms u pools.
- Jingħalqu s-swali taċ-ċinema, teatri u mużewijiet.
- Jitwaqqfu t-tiġijiet u attivitajiet reliġjużi kollha inkluż il-quddies. Madankollu se jkomplu l-funerali taħt protokoll.
- Lukandi jistgħu joffru biss room service. Il-faċilitajiet fil-lukandi u r-ristoranti jingħalqu.
- L-ivvjaġġar lejn Għawdex se jkun limitat biss għal vjaġġar essenzjali. Dan jinkludi xogħol jew dawk li għandhom residenza fil-gżira.
- Jinżel għal erbgħa n-numru ta’ persuni fi grupp f’postijiet pubbliċi.
- Jingħalqu l-iskejjel b’effett mit-Tnejn 15 ta’ Marzu bil-Prim Ministru jistqarr li l-lezzjonijiet se jmorru online
- Jingħalqu ċ-childcare centres mit-Tnejn 15 ta’ Marzu.
- Mis-Sibt li ġej f’Mater Dei se jkunu sospiżi l-operazzjonijiet mhux urġenti bir-riżorsi ddedikati għall-COVID-19.
Ikkumenta
