Il-ħobż Malti huwa mhux biss imfittex u magħruf għat-togħma bnina tiegħu iżda huwa wkoll parti mill-kultura Maltija u mill-identità tagħna l-Maltin.

Għall-Jum San Valentinu ta’ din is-sena, il-furnara tal-kumpanija Maypole ħolqu l-Imħobża, il-ħobża uffiċċjali marbuta mal-festa tal-maħbubin. Din il-ħobża, f’forma ta’ qalb intlaqgħet tajjeb minn eluf ta’ Maltin u Għawdxin li f’Jum San Valentinu marru lura d-dar b’qalb friska friska mill-forn tal-Maypole.

Dan mhux biss, għaliex aktar tard, l-Imħobża, li ġejja mill-kliem Imħabba u Ħobża, ingħatat ukoll l-unur li ssir l-aħħar kelma ġdida li daħlet formalment fil-vokabolarju Malti. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-edukazzjoni Justyne Caruana fejn saħqet dwar l-importanza li l-lingwa tagħna tiġi mżewqa bi kliem ġdid minn żmien għall-ieħor.

Il-Professur Michael Spagnol qal li l-kelma hija korretta mil-lat grammatiku u allura tista’ titqies bħala kelma ġdida.

Sebastian Debono, Direttur tal-kumpanija Maypole, qal li l-Maypole huma onorati li taw il-kontribut tagħhom fil-ħolqien ta’ ħobża u kelma ġdida.

L-imħabba diffiċli tiddeskriviha iżda żgur li tista’ tħossha, u issa, grazzi għall-Imħobża, tista’ wkoll ittiegħem it-tjubija tagħha!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks