Tkellimna ma’ Christabelle Rapa, studenta li tinsab fl-aħħar sena tal-istudji tagħha fil-midja ġewwa l-MCAST, li flimkien ma’ sħabha, bħala parti mill-istudji tagħhom, ipproduċew filmat dwar professjonisti nisa li rnexxielhom iwettqu l-passjoni tagħhom permezz tas-sistema edukattiva li tipprovdi l-MCAST.

Kif ġiet l-idea għal riklam bħal dan? U x’inhu l-għan?
Wieħed mis-suġġetti jismu Professional Media Practice, u bħala parti mit-task kellna nipproduċu riklam fuq alumini jew studenti tal-MCAST, nisa, għaliex dan kien proprju għal Jum in-Nisa.
L-għan ta’ dan ir-riklam kien li nuru x’suġġetti varji joffri l-MCAST kif ukoll jagħti kuraġġ lil studenti oħra biex ikomplu jaħdmu għall-passjoni tagħhom.
Dan ir-riklam juri wkoll nisa minn professjoni differenti u kif irnexxielhom jaslu fejn xtaqu u kif l-MCAST għenhom jagħmlu dan.
Il-proċess kien li kulħadd kellu persuna li jrid jaħdem magħha, u mill-istorja tagħha ridna noħolqu filmat.
Jien kelli lil Vanessa Vella li hija waħda mid-diretturi bravissimi li għandna f’pajjiżna. Vanessa kienet ukoll lettur tiegħi fl-MCAST allura kien ta’ unur kbir li naħdem magħha.
Bħall-filmat tiegħi, hemm filmati oħrajn li saru minn sħabi l-istudenti li qiegħdin fl-aħħar sena miegħi.
Dawn qed jiġu mtella’ wkoll fuq il-paġna tal-facebook tal-MCAST:
