Skald huwa grupp mużikali ffurmat minn ħames mużiċisti b’passjoni lejn l-ilsien Malti. Permezz ta’ strumenti akustiċi kif ukoll eletroniċi, joħolqu tiżwieq ta’ lwien mużikali li jorqom qawsalla ta’ tqanqil mill-widna għall-qalb u l-moħħ. Sfumar bejn stili differenti – dawk tradizzjonali kif ukoll kontemporanji – irendi ħoss uniku mgħejjun bi strumenti bħal vjolin, kitarri, il-baxx u għodod perkussivi. Lirika li tniggeż il-kuxjenza, tpitter stejjer deskrittivi ta’ ġrajjiet personali u kif ukoll dawk ta’ bluha.

Skaldatura hija lejla ta’ mużika oriġinali bil-lingwa Maltija minn Skald, magħġuna ma’ għażla ta’ kitba letterarja ta’ Trevor Zahra. Għażla ta’ xogħlijiet inspirati minn temi varji b’suġġetti relatati ma’ soċjeta’, natura, storja, imħabba u tagħlim. It-tnebbieħ ta’ dawn it-temi waslet lil dan il-grupp iżewweġ ġabra ta’ stili mużikali mirquma bit-timbru tal-ħoss definit bħala folk kontemporanju. L-idea ta’ din is-serata hi li tqanqal riflessjoni bejn ix-xogħol lettararju ta’ Trevor Zahra u l-mużika tal-grupp Skald bis-sehem ta’ Theresa Gauci għall-qari u interprezzjoni, u ko-ordinazzjoni ta’ Poeżija Plus.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks