Select Page

Wara li s-sena l-oħra kienu ħafna li ħassew in-nuqqas ta’ dan il-festival li tant ikun segwit minn sena għall-oħra, jidher li din is-sena xorta waħda se jirnexxilna ngawdu l-emozzjonijiet u s-sensazzjoni li jqanqlilna dan il-festival, partikolarment lilna l-Maltin.

Aktar kmieni llum, il-PBS nieda l-kanzunetta ‘Je Me Casse’, flimkien ma’ vidjo mużikali.

‘Je Me Casse’ hija l-kanzunetta li biha l-kantanta Destiny se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Roterdam f’Mejju li ġej.

Il-kanzunetta tinkludi ġeneri mużikali differenti, minn electro sa pop u twassal messaġġ mill-aktar pożittiv.

Filwaqt li l-kunċett tal-vidjo mużikali jitratta dwar żagħżugħ li jipprova jagħmel dak kollu li jista’ biex jiġbed l-attenzjoni ta’ mara li ma turi l-ebda interess fih u tipprova teħles minnu, din il-kanzunetta twassal messaġġ lin-nisa biex ikollhom fiduċja fihom infushom u jemmnu fihom infushom, bl-appoġġ ukoll ta’ nisa oħrajn.

Fil-fatt il-vidjo juri lil Destiny bħala mara li temmen fiha nnifisha, li trid tieħu pjaċir u taf eżattament xi trid.

Int x’jidhirlek minn din il-kanzunetta?

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks