Il-Prinċep Philip reġa’ ngħaqad mar-Reġina wara 28 ġurnata l-isptar ta’ Londra.
Din hija l-aktar darba li l-Prinċep Philip dam daqshekk l-isptar. Intqal li kien fi spirtu tajjeb hekk kif ħareġ mill-isptar, u beda jxejjer kif wasal id-dar, fil-Kastell ta’ Windsor, għall-ewwel darba f’xahar.
Id-Duka ta’ Edinburgu, li jagħlaq 100 sena f’Ġunju, saritlu operazzjoni għall-kundizzjoni tal-qalb li diġà kellu qabel, u ġie ttrattat ukoll għal infezzjoni wara li ġie rikoverat l-isptar xahar ilu fis-16 ta’ Frar.
Ir-Reġina, ta’ 94 sena u d-Duka bħalissa qed joqgħodu fil-Kastell ta’ Windsor f’Berkshire, biex jipproteġu lilhom infushom mill-pandemija tal-Covid-19.
Ikkumenta
