Select Page

skoperta.net għamel kuntatt mal-organizzazzjoni MGRM u staqsejnihom x’inhi r-reazzjoni tagħhom dwar l-istqarrija li ħarġet mill-Vatikan nhar it-Tnejn 15 ta’ Marzu dwar iż-żwieġ bejn persuni omosesswali.

Dan hu dak li qalulna:

“Bħala MGRM naraw li diversi membri jafu jlaqqgħu dak li jemmnu mal-imħabba li jħossu għall-persuni li jħobbu. Nafu li għal diversi nies huwa importanti li jgħixu ħajja li għandha valuri Kattoliċi għalkemm dan mhux dejjem ikun faċli. Stqarrijiet bħal dawk tal-Vatikan ma jgħinux.

Nafu li diversi nies jersqu lejn il-knisja biex ibierku l-oġġetti materjali tagħhom. Hawn min ibierek id-dar, min ibierek pinna qabel eżami, jew saħansitra hawn min jitlob qassis biex ibiriklu karozza. Li l-Vatikan isib diffikulta li jbierek l-imħabba ta’ bejn żewġ min-nies mhix xi ħaġa li se nifmuha, iżda lanqas aħna sorpriżi.

Sadanittant, nafu li gruppi bħal Drachma jagħmlu ħafna xogħol importanti ma min huwa membru tal-Komunità LGBTIQ u huwa wkoll Kattoliku. Nammiraw ħafna x-xogħol tagħhom, li jsir bla ħafna riklamar kbir, iżda b’sens ta’ spiritwalità qawwija. Inħeġġu lil dawk kollha li jinsabu ftit mifxulin biex ifittxu l-għajnuna tad-Drachma, u hekk jiltaqgħu ma’ nies oħra li għandhom l-istess twemmin.”

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks