Select Page

Ninsabu biss ftit sigħat ‘il bogħod mill-ewwel serata tal-festival Mużika Mużika. Dan il-festival tal-kanzunetta Maltija tnieda proprju fl-1981 bl-isem ‘Il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija”, li kien waqaf ħesrem fl-2002, u reġa’ rritorna għal żmien qasir ħafna fl-2013.

Wara 8 snin, se jerġa’ jirritorna bil-kbir! Tlett ijiem ta’ talent lokali u fuq kollox, ta’ ċelebrazzjoni mistħoqqha tal-lingwa tagħna.

Wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-konkors huwa li juri d-diversifikazzjoni tal-mużika Maltija permezz ta’ ġeneri differenti.

B’kollox se jieħdu se jieħdu sehem 20 kanzunetta li ntgħażlu minn madwar 150 sottomissjoni.

Il-lejla tibda l-ewwel parti tas-semifinali ta’ dan il-konkors, filwaqt li għada jgħaddu 12-il-kanzunetta finalista għall-finali tas-Sibt. Il-maġġoranza tal-votazzjoni se tkun f’idejn ġurija professjonali fil-qasam mużikali, kemm lokali u anke internazzjonali. Il-kumplament tal-votazzjoni se tkun f’idejn il-pubbliku permezz ta’ SMSes li jintbagħtu fuq in-numri abbinati ma’ kull kanzunetta.

Il-kanzunetta rebbieħa se tkun qed tieħu somma ta’ €10,000, li se tgħin lill-artist jew artisti rebbieħa jkomplu jikbru u jevolvu fil-karriera mużikali tagħhom. Hemm ukoll premju ta’ €5,000 għat-tieni post, €3,000 għat-tielet post, u sussidju ta’ €500 għal kull kanzunetta li jirnexxilha tasal sas-semifinali.

Il-mistiedna speċjali tas-serata tal-lejla se jkunu The Travellers, grupp mużikali li kiseb suċċess kbir għall-kanzunetti uniċi tiegħu bil-lingwa Maltija.

Il-festival se jkun qed jixxandar dirett fuq TVM u tvm.com.mt fid-9pm, u se jiġi ppreżentat minn Keith Demicoli, Lara Azzopardi, Sarah-Lee Zammit u Claire Agius Ordway.

Dawn huma l-20 kanzunetta li se jkunu qed jipparteċipaw illejla u għada…


Binti – Richard Micallef – Roberta Magri – Janvil & Jade
Fjamma – Philip Vella – Emil Calleja Bayliss – Fabrizio Faniello
Għajjejt inħobb – Gilbert (Bibi)Camilleri – Rita Pace – Christian Arding
Għal dan il-lejl – Mark Spiteri Lucas – Emil Calleja Bayliss – Charisse Vassallo
Għażiż – Cyprian Cassar – Emil Calleja Bayliss – Danica Muscat
Ħarsa Biss – Philip Vella – Joe Julian Farrugia – Glen Vella
Ħudni Lura – Bernard Bonnici – Ivan Farrugia – Bernie & Pod
Il-kitarra u jien – Philip Vella – Joe Julian Farrugia – Philip Vella
Int biss – Mark Scicluna – Mark Scicluna – Christina Magrin
Kompli tbissem – Glen Vella – Andy Muscat – Avenue Sky
L-ewwel Jien – Elton Zarb – Joe Julian Farrugia – Kantera
Lil Binti – Mark Spiteri Lucas – Mark Spiteri Lucas – Mark Spiteri Lucas
Naħseb Fik – Aidan Cassar – Aidan Cassar – Aidan
Sinfonija Ħiemda – Aldo Spiteri / Bradley Spiteri – Joe Julian Farrugia – Miguel Bonello
Ta’ Ftit Kliem – Ryan Grech – Ryan Grech – Ryan Grech
Tbissimli – Mark Spiteri Lucas – Emil Calleja Bayliss – Michela Galea
Teżor – Mark Scicluna/Cyprian Cassar – Emil Calleja Bayliss – Janice Mangion ft. George Curmi Puse’
Tista’ – Mjaw – Mjaw – Mjaw
Vizzju – Aidan Cassar – Aidan Cassar – Raquel
Warajk – Dominic Cini – Etienne Micallef – Franklin Calleja

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks