Wara l-ewwel serata spettakolari tal-bieraħ tal-konkors Mużika Mużika, illejla fid-9pm fuq TVM se tixxandar it-tieni serata li se tkun ippreżentata minn Keith Demicoli u Lara Azzopardi.

Fis-serata tal-lejla se naraw il-kantanti semifinalisti jkantaw ma’ leġġendi Maltin, li ċertament se jagħtu spettaklu ieħor mill-isbaħ.

Se tingħaqad ukoll il-kantanta Olivia Lewis bħala l-mistiedna speċjali tat-tieni serata.

Madanakollu l-aktar mument mistenni u eċitanti, bla ebda dubju, se jkun il-mument li jitħabbru t-12-il kanzunetta finalista.

Erġa’ segwi r-rappreżentazzjonijiet tal-bieraħ permezz tal-filmati t’hawn taħt:

Binti – Richard Micallef – Roberta Magri – Janvil & Jade


Fjamma – Philip Vella – Emil Calleja Bayliss – Fabrizio Faniello


Għajjejt inħobb – Gilbert (Bibi)Camilleri – Rita Pace – Christian Arding


Għal dan il-lejl – Mark Spiteri Lucas – Emil Calleja Bayliss – Charisse Vassallo


Għażiż – Cyprian Cassar – Emil Calleja Bayliss – Danica Muscat


Ħarsa Biss – Philip Vella – Joe Julian Farrugia – Glen Vella


Ħudni Lura – Bernard Bonnici – Ivan Farrugia – Bernie & Pod


Il-kitarra u jien – Philip Vella – Joe Julian Farrugia – Philip Vella


Int biss – Mark Scicluna – Mark Scicluna – Christina Magrin


Kompli tbissem – Glen Vella – Andy Muscat – Avenue Sky


L-ewwel Jien – Elton Zarb – Joe Julian Farrugia – Kantera


Lil Binti – Mark Spiteri Lucas – Mark Spiteri Lucas – Mark Spiteri Lucas


Naħseb Fik – Aidan Cassar – Aidan Cassar – Aidan


Sinfonija Ħiemda – Aldo Spiteri / Bradley Spiteri – Joe Julian Farrugia – Miguel Bonello


Ta’ Ftit Kliem – Ryan Grech – Ryan Grech – Ryan Grech


Tbissimli – Mark Spiteri Lucas – Emil Calleja Bayliss – Michela Galea


Teżor – Mark Scicluna/Cyprian Cassar – Emil Calleja Bayliss – Janice Mangion ft. George Curmi Puse’


Tista’ – Mjaw – Mjaw – Mjaw


Vizzju – Aidan Cassar – Aidan Cassar – Raquel


Warajk – Dominic Cini – Etienne Micallef – Franklin Calleja

Liem taħseb li se jkunu t-12-il kanzunetta finalista?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks