Select Page

Ħarsa Biss ta’ Glen Vella, b’kitba ta’ Joe Julian Farrugia u kompożizzjoni ta’ Philip Vella, hija l-kanzunetta rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika.

Wara tlett ijiem ta’ spettaklu u ċelebrazzjoni ta’ talent Malti u tal-lingwa Maltija, jiġi fi tmiemu l-Konkors Mużika Mużika li reġa’ rritorna bil-kbir wara 8 snin.

Illejla xxandret it-tielet u l-aħħar serata ta’ dan il-konkors ippreżentata minn Keith Demicoli, Sarah-Lee Zammit, Lara Azzopardi u Claire Agius Ordway.

Minkejja ċ-ċirkostanzi partikolari li qed ngħixu, l-organizzaturi flimkien mal-kantanti, l-kompożituri, l-awturi u l-crew kollu rnexxielhom jagħmlu dan il-festival wieħed ta’ suċċess.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks