Hospice Malta qed toffri bereavement support lill-familji tal-vittmi kollha tal-COVID-19. L-NGO tagħraf id-diffikultajiet u l-uġigħ ta’ bosta familji li tilfu lill-maħbubin tagħhom minħabba l-pandemija COVID-19, u li ħafna minnhom ma setgħux lanqas jgħidu l-aħħar tislima tagħhom.

CRO ta’ Hospice Andrew Zammit qal li matul is-snin, Hospice ħadmet ma’ ħafna pazjenti, kif ukoll il-qraba u l-familji tagħhom permezz ta’ bereavement support.

“Fl-aħħar xhur, erġajna estendejna s-servizz biex nappoġġjaw il-familji ta’ dawk li ħallew din il-ħajja waqt din il-pandemija terribbli.”

“Il-familji tal-vittmi ta’ COVID-19 jesperjenzaw uġigħ kbir peres li ma jkunux viċin il-familjari tagħhom qabel ma jmutu. L-uġigħ, l-ansjetà u l-frustrazzjoni huma fost sentimenti oħra li jistgħu jikkumplikaw il-proċess ta’ niket. Hospice Malta tappoġġja lil dawn il-familji billi toffri il-bereavement support service mingħajr ħlas.”

Is-servizz huwa offrut fuq bażi individwali, permezz ta’ Zoom jew Skype, jew bit-telefon u jiddependi ħafna fuq is-sitwazzjoni, kif ukoll ir-restrizzjonijiet meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sigurtà, kemm tal-familji kif ukoll tal-impjegati tal-Hospice.

Il-persuni nkarigati biex jagħtu s-sessjonijiet tal-bereavement support huma psikologi jew social workers imħarrġa u esperjenzati f’dan is-settur.

Dawk il-familji li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz, jistgħu jċemplu lil Hospice fuq 21440085/6 jew jibagħtu email lil info@hospicemalta.org, mit-08:00 sal-16:30, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Aktar informazzjoni dwar Hospice Malta tista’ tinstab ukoll fuq www.hospicemalta.org jew Hospice Malta | Facebook

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks