L-ewwel edizzjoni tal-festival Mużika Mużika, li ġiet imxandra fi tlett ijiem, nhar it-18, 19 u l-20 ta’ Marzu, ġiet segwita minn aktar minn 320,000 persuna.
Il-kanzunetta rebbieħa ta’ dan il-konkors li kiseb tant suċċess hija Ħarsa Biss kantata minn Glen Vella, kitba ta’ Joe Julian Farrugia u kompożizzjoni ta’ Philip Vella.
Il-kanzunetta Għajjejt Inħobb kantata minn Christian Arding, kitba ta’ Rita Pace u kompożizzjoni ta’ Gilbert il-Bibi Camilleri, ġiet ikklassifikata fit-tieni post kif ukoll rebħet l-unur tal-aqwa interpretazzjoni.
L-Ewwel Jien, kanzunetta kantata mill-grupp Kantera, kitba ta’ Joe Julian Farrugia u kompożizzjoni ta’ Elton Zarb ġiet ikklassifikata fit-tielet post.
Sinfonija Ħiemda, kanzunetta kantanta minn Miguel Bonello, kitba ta’ Joe Julian Farrugia u kompożizzjoni ta’ Aldo Spiteri u Bradley Spiteri, b’arranġamenti tal-mużika minn Norbert Camilleri, rebħet l-unur għall-aqwa arranġament mużikali.
